|
Article in other languages: |
Dun Karm Psaila (Ħaż-Żebbuġ, 18 ta' Ottubru 1871 – Valletta, 13 ta' Ottubru 1961) huwa l-Poeta Nazzjonali Malti u kiteb l-Innu Malti fl-1945.
BijografijaImwieled f'Ħaż-Żebbuġ, iben Filippu u Lunzajta (imwielda Pisani). Missieru għadda ħajtu jbaħħar bejn Malta u l-Greċja, fost pajjiżi oħra filwaqt li ommu kienet bidwija.Studja fl-iskola primarja tar-raħal u kompla fis-Seminarju bejn l-1885 u l-1891. Minn hemm kompla jistudja l-Filosofij fl-1888 u t-Teoloġija fl-1890 fl-Università ta' Malta. Dun Karm ġie ordnat qassis fl-1894. Bejn l-1895 u l-1921 għallem bosta suġġetti fis-Seminarju, fosthom it-Taljan, il-Latin, l-Ingliż, l-Aritmetika, il-Ġeografija, il-Kosmografija, l-Istorja tal-Knisja u l-Arkeoloġija Kristjana. Fl-1921 ġie nominat Kanonku Onorarju tal-Kapitlu tal-Katidral. Fl-istess sena ġie maħtur bħala Assistent Librar fil-Librerija Nazzjonali u sentejn wara inħatar bħala direttur tas-circulating libraries, pożizzjoni li żamm sa meta rtira fl-1936. Dun Karm għex il-parti l-kbira ta' ħajtu Tas-Sliema sa ma miet. Hu ndifen fiċ-ċimeterju ta' raħal twelidu, Ħaż-Żebbuġ. Poeta u kittiebFil-poeżiji tiegħu, Dun Karm kien jesprimi ruħu l-aktar f'mumenti ta' solitudni, li dejjem kienu akkumpanjati b'sens ta' spiritwalità. Il-poeżija tiegħu tixhed ħafna l-ħajja fl-irħula u tiddeskrivi wkoll il-kampanja u l-ambjent rurali ta' żmienu. Fi kliemu Dun Karm jirnexxielu joħroġ il-kultura Maltija bit-tradizzjonijiet tagħha u l-identità tal-Maltin flimkien mal-kultura letterarja bbażata l-aktar fuq ir-romantiċiżmu Taljan. L-ewwel xogħolijiet tiegħu bit-Taljan jixhdu żogħżija ta' sliem u kalma; wara l-mewt ta' ommu beda jgħix fis-solitudni. Meta ddeċieda li jibda juża' l-Malti biex jesprimi ruħhu, esplora poetikament l-istorja ta' Malta biex jikkonferma l-kultura u l-identità nazzjonali. Fl-istess ħin, uħud mill-isbaħ poeżiji tiegħu juru vjaġġ interjuri fl-esperjenzi u s-sentimenti tal-poeta. B'hekk irnexxielu jgħaqqad kemm li jħoss hu u l-esperjenzi tiegħu flimkien ma' dawk ta' pajjiżu u niesu. Dun Karm iħares kemm lejn in-naħa personali kif ukoll dik nazzjonali tal-poeżiji tiegħu minn għajn reliġjuża ħafna. Il-kriżi spiritwali f'Il-Jien u lil hinn Minnu hi analizzata b'mod universali għall-bniedem, li tagħti dawl fuq l-eżistenza tal-bniedem u tinsisti fuq il-misteru tar-relazzjoni bejn Alla u l-bniedem, ħlief għall-fatt li l-bniedem jaċċetta b'mod sħiħ il-qawwa moħbija ta' dan Alla. A.J. Arberry qaleb madwar 37 poeżija ta' Dun Karm għall-Ingliż. Ġużè Delia qaleb Il-Vjatku għall-Ispanjol u Laurent Ropa qaleb Il-Jien u lil hinn Minnu għall-Franċiż.
Poeżiji bit-TaljanQabel l-1912, meta kien għadu student, Dun Karm kiteb biss bit-Taljan. L-ewwel poeżija ippubblikata magħrufha tiegħu hi, La Dignita Episcopale (1889). Fl-1896 ħareġ l-ewwel ktieb ta’ versi bit-Taljan, Foglie d’alloro, ġabra ta’ sebgħa u tletin poeżija li kiteb bejn is-sbatax u l-erbgħa u għoxrin sena ta’ ħajtu. Wara ppubblika wkoll Versi (1903), kollezzjoni oħra ta' poeżiji bit-Taljan. Huwa beda sunett li qatt ma temm miktub lid-dittatur Taljan Benito Mussolini. Poeżiji bil-MaltiDun Karm kiteb l-ewwel poeżija bil-Malti, Quddiem Xbieha tal-Madonna f'Jannar tal-1912, li dehret fl-ewwel ħarġa tal-perjodiku bil-Malti, Il-Ħabib, mitbugħ mill-Mgr. Pawl Galea u Ġużè Muscat Azzopardi. Minn dak in-nhar 'il quddiem kiteb, sal-1954, kiteb numru kir ta' poeżiji bil-Malti dwar kull aspett tal-ħajja Maltija. Xogħol ieħorIl-kitbiet ta' Dun Karm jinkludu Żewġ Anġli: Inez u Emilia (maqlubha għall-Malti fl-1934 minn rumanz Taljan ta' D Caprile). Minbarra dawn, kiteb ukoll xi xogħolijiet kritiċi. Kiteb ukoll dizzjunarju bejn l-1947 u l-1955 fi tlett volumi, Dizzjunarju Ingliż u Malti Għarfien u unuriFl-1921 ukoll, Dun Karm kien wieħed mill-membri fundaturi tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti u mal-mewt ta' Ġużè Muscat Azzopardi fl-1927, ġie elett president tal-Għaqda u mbagħad editur tal-organu uffiċjali, Il-Malti. Kompla f'din il-pożizzjoni sal-1942 fejn ġie nominat president onorarju għal ħajtu ta' din l-Għaqda. Bħala rikonoxximent għall-kontribut tiegħu fil-letteratura Maltija, ingħata d-Dottorat fil-Letteratura (honoris causa) mir-Royal University of Malta fl-1945 - l-ewwel darba li l-Università tat dan l-unur lil xi ħadd. Sena wara ġie mogħti il-midalja tad-deheb Ġużè Muscat Azzopardi. Ir-reġina Eliżabetta II iddekoratu bit-titlu ta' Kmandant tal-Ordni tal-Imperu Ingliż fl-1956. Fl-1957, il-Gvern Malti tah pensjoni ex-gratia bħala rikonoxximent tas-servizzi tiegħu fil-letteratura Maltija. Matul ħajtu ġie wkoll onorat bħala l-Poeta Nazzjonali ta' Malta. Fl-1957, A.J. Arberry, Professur tal-Għarbi, f'Pembroke College, Cambridge, mar iżur lil Dun Karm f'daru u kiteb hekk fl-antoloġija tiegħu, Dun Karm Poet of Malta:
KritikaFil-ktieb Dun Karm: bejn il-Vatikan, id-Duċe u l-Kuruna (1993), il-kittieb Mario Azzopardi jistaqsi għaliex Dun Karm baqa' sieket quddiem il-miżerja tal-Maltin, liema tbatija kitbu u nbagħdu għaliha John Marks, Manwel Dimech u Juann Mamo. Mario Azzopadi kkontesta bil-qawwa r-reputazzjoni ta' Dun Karm fuq il-bażi li l-poeta-saċerdot dejjem ħeba d-destin tal-fqar u l-ispossessati fi żmien meta dawn kienu jgħixu f'miżerja kbira. Minflok, Dun Karm irromantiċizza lir-raħħala u lill-bdiewa b'sentimenti folkloristiċi li kienu jgiddbu r-realtà, filwaqt li kien kontra s-sinjali tal-progress, bħal meta kiteb biex iċanfar 'lin-nisa tal-belt. Kontroversja oħra li ġieli nqalgħet dwar Dun Karm hi dwar l-Innu Malti, li għandu versi li jitkellemu dwar "is-sid" u "l-ħakkiem" u jitlobhom biex ikollhom "ħniena" mill-ħaddiema. PoeżijiDawn huma wħud mill-poeżiji l-aktar magħrufa ta' Dun Karm Psaila:
Referenzi
Ħoloq esterniQuestions for article: kultura maltija |
This article is from Wikipedia. All text is available under the terms of the GNU Free Documentation License.
IHS Europe: Infrared Heating Systems for Home and Business.